|
Ghaqda Malta-Kuba 14/8, Vincenti Bldgs, Strait Street, Valletta
Stqarrija ghall-Istampa: 12 ta’ Ottubru 2007
Zghazagh Maltin jippartecipaw fil-Brigata Ewropea f’Kuba
Matul ix-xahar ta’ Settembru, zewg zghazagh Maltin hadu sehem fil-31 edizzjoni tal-Brigata Eworpea Jose Marti’ f’Kuba,. Din il-Brigata, li tigi organizzata mill-Instituto Cubano de Amistad con los Pueblos (l-Istitut Kuban ghall-Hbieberija mal-Popli), issir darba fis-sena u fiha jippartecipaw nies mill-kontinent Ewropew. Il-Maltin li marru Kuba kienu qed jirraprezentaw lill-Ghaqda Malta-Kuba, li minn naha taghha kienet qed tiehu sehem f’din il-Brigata ghall-ewwel darba. Il-kontingent shih li ha sehem f'din il-Brigata kien gej minn sittax -il pajjiz, waqt li l-partecipanti kienu jammontaw ghal aktar minn 170 persuna.
Il-Brigata kienet tinkludi ghadd ta’ attivitajiet, kemm socjali, edukattivi u kulturali, u kemm ukoll xoghol volontarju. Il-Hidma volontarja kellha x’taqsam mas-settur ta’ l-agrikoltura u kienet tikkonsisti fi qtugh ta' haxix hazin, tindif madwar il-pajpijiet ta’ l-irrigazzjoni u zbir ta‘ sigar tac-citru. Mill-aspett edukattiv saru wkoll konferenzi u diskussjonijiet fuq l-ekonomija tal-pajjiz, ir-Rivoluzzjoni Kubana, u l-politika barranija tal-pajjiz. Intwerew ukoll films u dokumentarji.
Il-partecipanti tal-Brigata kellhom ukoll l-opportunita’ li jzuru l-skejjel, care centres, sptarijiet, fabbriki, u istutizzjonijiet governattivi. Attivitajiet ohrajn kienu lezzjonijiet ta' zfin u tal-lingwa Spanjola, u attivitajiet sportivi bhal maratona u loghob tal-futbol u volleyball. Il-partecipanti tal-Brigata ghamlu wkoll zjajjar fic-centru ta' Havana, waqt li zaru muzewijiet bhal dak tar-Rivoluzzjoni u dak ta' l-istorja naturali, postijiet merkantili, monumenti, u postijiet ohrajn t'interess bhal Plaza de la Revolución.
Il-partecipazzjoni taz-Zghazagh Maltin kellha wkoll l-ghajnuna tal-Youth Support Programme tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Zghazagh u Xoghol.
V. Aquilina
Victor Aquilina Ufficjal Relazzjonijiet Pubblici Ghaqda Malta-Kuba
|
Nov 3, 2007
10:24 AM
|